Загрузка страницы

“PASS GĦAQLI U TAJJEB MIN-NAĦA TAL-PRIM MINISTRU”

ONE.COM.MT •
Kien pass għaqli u tajjeb biex pajjiżna jkollu aċċess sigur għall-mediċini bħal pajjiżi oħra kbar fl-Unjoni Ewropea.

Hekk saħaq ma’ dan l-istazzjon, iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċina l-Professur Anthony Serracino Inglott dwar dak li qed imexxi ’l quddiem il-Prim Ministru Malti Robert Abela quddiem l-Unjoni Ewropea dwar ix-xiri konġunt tal-mediċini.

KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: ALEX BORG / ARKIVJI

Pass għaqli u tajjeb biex pajjiżi żgħar bħal Malta jkollhom aċċess sigur għall-mediċina.

Hekk qal iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Mediċina l-Professur Anthony Serracino Inglott, b’reazzjoni għall-ħidma tal-Prim Ministru Malti Robert Abela li qed jimbotta fil-fora Ewropea, suq wieħed għall-mediċini fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

ANTHONY SERRACINO INGLOTT
CHAIRMAN TAL-AWTORITÁ TAL-MEDIĊINI
“Il-Prim Ministru tajjeb ħafna qiegħed jieħu ħsieb u jagħti attenzjoni anke lejn il-mediċini, mhux f’Malta biss, iżda anke fl-Ewropa kollha, nassiguraw li l-Ewropa u Malta jkollha mediċi ta’ kwalità, ta’ sigurtà u effiċjenża.” 22sec

Il-Prim Ministru Malti qed jappella għax-xiri konġunt tal-mediċini u ittra tiegħu lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel ingħatat prominenza fuq il-midja barranija fosthom Politico.

Ma’ dan l-istazzjon, il-Professur Serracino Inglott spjega kif dak li qed imexxi ‘l quddiem l-Prim Ministru Robert Abela huwa kruċjali anke fi żminijiet ta’ wara BREXIT.

“Qiegħed ukoll attent, anke dan ilna naħsbu fuqu b’ħafna ppjanar, illi ma jkunx hawn nuqqas ta’ mediċini minħabba l-Brexit għandna pajjiż ieħor li minnu konna nġibu 80% tal-mediċini li huwa meqjus bħala pajjiż terz.”
Il-Professur b’vuċi awtorevoli fil-qasam tal-mediċina qal li x-xiri konġunt ta’ mediċini fost il-pajjiżi Ewropej iwassal biex stati membri ma jbatux mill-qawwiet tas-suq fejn kumpanija tal-farmaċewtika titfa’ f’suq kbir mediċina iżda mhux f’suq żgħir.

“Li naraw mezzi kif iċ-ċittadini Ewropej ikollhom aċċess għal dawn il-mediċini, u mhux aċċess biss, iżda aċċess b’mod ta’ prezz ġust u li jkun fair għal kulħadd.” 19sec

Serracino Inglott tenna kif il-propsta tal-Prim Ministru Robert Abela ntlaqgħet b’mod tajjeb anke minn awtoritajiet tal-mediċna Ewropej.

SOT 4
“Dan huwa pass għaqli dan huwa pass ta’ kuraġġ u pass illi l-informazzjoni li għandi jien illum qed jiġi milqugħ tajjeb ħafna mill-pajjiżi Ewropej, mill-Awtoritajiet Ewropej u qed jarawh suġġeriment għaqli ħafna.” 18sec

Intant, Malta kienet fost tal-ewwel li mbuttat xiri konġunt tal-vaċċin għall-Covid-19.

Dan wassal li pajjiżi kbar u anki żgħar fl-Unjoni Ewropea waslulhom l-ewwel kunsinji tal-vaċċin fl-istess jiem.

Видео “PASS GĦAQLI U TAJJEB MIN-NAĦA TAL-PRIM MINISTRU” канала ONE News Malta
Показать
Комментарии отсутствуют
Введите заголовок:

Введите адрес ссылки:

Введите адрес видео с YouTube:

Зарегистрируйтесь или войдите с
Информация о видео
6 марта 2021 г. 22:49:19
00:02:53
Яндекс.Метрика