Загрузка страницы

SE TIĠI IMPLIMENTA L-WEGĦDA FIĊ-CHILDREN’S ALLOWANCE

ONE.COM.MT • F’intervista dalgħodu fuq ONE, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li l-wegħda elettorali ta’ żieda ta’ erba’ mija u ħamsin ewro fuq ħames snin, fiċ-children’s allowance se tiġi implimentata fit-tielet baġit ta’ din il-leġiżlattura.

KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ONE / ARKIVJI

Il-wegħda elettorali fiż-żieda bla preċedent ta’ €450 fuq ħames snin fiċ-children’s allowance se tkun implimentata sentejn qabel iż-żmien.

Ħabbar dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, meta kien intervistat fuq ONE, mill-ġurnalist ta’ ONE News, Nolan Camilleri.

Hawnhekk Dr Abela sostna kif din is-sena, il-familji kollha bit-tfal ħadu żieda ta’ €250 fuq kull wild.

ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Semmejt il-kwistjoni tat-tax cut, dik tolqot lill-middle class, b’mod ġenerali, iż-żieda fiċ-children’s allowance, li tolqot lill-middle class u tolqot setturi oħra tal-ġenituri. Taf kemm ibbenefikaw tfal minnha din? Jiġifieri dak li ħabbarna din il-ġimgħa, ikollok 62,000 tifel u tifla f’dan il-pajjiż illi bbenefikaw minn din il-miżura. Naturalment, il-ġenituri kollha tagħhom. Jiġifieri ara s-saħħa ta’ din il-miżura. Dan kollu li tista’ tibqa’ tagħmlu, ikollok dik l-ekonomija li tibqa’ trendi u għax tkun temmen fis-soċjal ukoll, fil-benefiċċji soċjali. Jiġifieri filwaqt li mbottajna aħna lejn direzzjoni li nnaqsu d-dipendenza soċjali, imma fl-istess waqt ukoll imbagħad l-investiment soċjali rridu nibqgħu nsaħħuħ għax jgħin ħafna u ħafna familji.”

Dr Abela tenna kif il-baġit, li se jitħabbar ix-xahar id-dieħel, se jfassal u juri l-viżjoni ta’ pajjiżna għall-għaxar snin li ġejjin.

ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Illi l-baġit irid ikun qed ifassal u juri l-viżjoni ta’ dan il-pajjiż. Viżjoni li toħodna lejn l-għaxar snin li ġejjin, f’setturi li huma ta’ importanza għal dan il-pajjiż. Insemmi l-kwistjoni tal-popolazzjoni, il-kwistjoni tal-infrastruttura elettrika, tal-infrastruttura medika, tal-infrastruttura tat-toroq, id-direzzjoni li fiha se nkunu qegħdin nibqgħu nirriformaw l-ekonomija u nġebdu l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż, it-tisħiħ tal-pensjonijiet. Jiġifieri dawk huma policy areas li fihom f’dan il-baġit iridu nuru fejn se mmorru.”

Il-Prim Ministru semma kif għaddejja ħidma sabiex tkun aġġornata l-ekonomija ta’ pajjiżna għar-realtajiet tal-lum. Hawnhekk bħala eżempju, il-Prim Ministru semma kif il-Malta Enterprise, sa nofs din is-sena approvat inqas proġetti maġġuri lejn pajjiżna mqabbel mas-sena l-oħra, iżda l-valur miżjud hu erba’ darbiet aktar.

B’dan ġie rifless waqt il-laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit, li saret mal-Kamra tal-Kummerċ.

Ftit jiem qabel, id-delegati Laburisti jivvotaw għall-karigi amministrattivi fil-Partit Laburista, jinkludu Deputati Mexxejja, ħatriet fl-Amministrazzjoni u fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Abela sostna li l-Partit Laburista se jkompli jibbaża ħidmietu fuq il-ħtiġijiet tan-nies.

ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Ġlieda għas-sewwa, tama aktar b’saħħitha għal dan il-pajjiż, li nżommu l-prijoritajiet tal-poplu tagħna dejjem fuq quddiem nett, li nżommu l-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tagħna u ninsab entuzjast ħafna biex nhar il-Ħadd li ġej ikolli l-opportunità li fid-diskors tiegħi nkun nista’ namplifika fuq dawn il-prinċipji u mbagħad nibqgħu għaddejjin ’il quddiem b’tim ġdid ta’ persuni biex inkomplu nwettqu l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali.”

Видео SE TIĠI IMPLIMENTA L-WEGĦDA FIĊ-CHILDREN’S ALLOWANCE канала ONE News Malta
Показать
Комментарии отсутствуют
Введите заголовок:

Введите адрес ссылки:

Введите адрес видео с YouTube:

Зарегистрируйтесь или войдите с
Информация о видео
8 сентября 2024 г. 20:58:55
00:03:06
Яндекс.Метрика