Загрузка страницы

JITLESTA L-PROĠETT TAS-CENTRAL LINK B’INVESTIMENT TA’ €55 MILJUN

ONE.COM.MT • Il-Gvern flimkien ma’ Infrastruttura Malta uffiċjalment inawgura l-proġett tas-Central Link li sar b’investiment ta’ €55 miljun ewro wara li għal snin twal tħalla fuq l-ixkaffa.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif permezz ta’ dan il-proġett u sitta oħra kbar bħalu fosthom tal-Marsa Junction, il-poplu se jkun qed jingħata lura biljun u mitejn elf ewro.

KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: CHRIST BORG / INFRASTRUCTURE MALTA

Infrastruttura Malta b’mod uffiċjali lestiet il-proġett tas-Central Link b’investiment ta’ €55 miljun.

Dan tħabbar waqt ċerimonja t’inawgurazzjoni f’Ħ’Attard u li għaliha attenda l-Prim Ministru Robert Abela.

Permezz ta’ dan il-proġett sar investiment u xogħol fit-toroq arterjali fiċ-ċentru ta’ Malta biex taqta’ bin-nofs il-ħin tal-ivvjaġġar u tnaqqas sa 66% t-tniġġis ikkaġunat mit-traffiku f’din ir-rotta f’Ħ’Attard, Ħal Balzan, l-Imrieħel u Birkirkara.

Waqt id-diskors tiegħu l-Prim Ministru tenna kif permezz ta’ dan il-proġett il-Gvern qed juri li jifhem u konxju tar-realtajiet ta’ llum.

Fil-fatt, Dr Abela spjega kif bl-investiment tal-Gvern f’dan il-proġetti u sitta oħra kbar bħalu fosthom dak tal-Marsa Junction, il-poplu ħa lura mal-€1.2 biljun.

ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“Ċerta proġett umbagħad li dħalna għalihom bħal dak li qed ninawguraw illum kienu ilhom fuq il-karta għal diċenji. Biżżejjed ngħid li nvestejna total ta’ €140 miljun f’seba’ proġettili bihom il-poplu se jkollu benefiċċji li jammontar għal biljun u mitejn elf ewro meta wieħed jikkalkula l-ħin li se jiġi ffrankat u li qed jiġi ffrankat, spejjeż anqas għan-negozji u inqas emmissjonijiet.”

Il-Prim Ministru rrimarka wkoll kif il-Gvern jifhem l-importanza tal-ambjent f’pajjiżna u kien b’hekk li dan il-Gvern aġixxa b’saħħa fuq dan il-proġett fejn fost l-oħrajn tħawlu 1,160 siġra indiġena u 13,774 arbuxelli u pjanti oħrajn.

ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“Jekk hawn xi ħadd qed jaħseb li wasalna, għarralu. Baqa’ ħafna u ħafna x’inwettqu. Se nlestu iktar xogħlijiet, se nniedu aktar proġetti, se nattiraw aktar investiment. Malta li se nħallu lil uliedna se tkun Malta aktar moderna, Malta isbaħ u Malta aħjar.”

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg fl-indirizz tiegħu spjega li dan il-proġett ma naqqasx biss il-ħinijiet tal-ivjaġġar iżda wkoll naqqas drastikament it-tniġġis ikkawżat mill-konġestjoni f’żoni residenzjali fil-viċin.

IAN BORG
MINISTRU
“Ngħaddi b’rasi mgħollija għax nara nies li qegħdin jiffrankaw il-ħin mit-traffiku, nara infrastruttura aħjar tat-trasport pubbliku, nara nies li jimxu u jiġru u jsuqu r-rota. 4.3 km f’linja segregata. It-triq hija iktar sigura.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi spjega wkoll kif dan kien proġett ta’ livell ogħli li ġie kofinanzjat mill- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI
SEGRETARJU PARLAMENTARI
Tajjeb ukoll nagħmlu referenza għat-triq ’il quddiem li se nkunu qegħdin nagħmlu b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport anke permezz ta’ fondi li ksibna mill-Pjan ta’ Irkupra u Reżiljenza fejn 54% ta’ dawk il-fondi se jmorru għal skop ambjentali se nkunu qed ninvestu biex intejbu l-kwalità tal-arja b’impenn anke għall-eletrifikazzjoni tat-trasport fejn dawn ukoll huma proġetti li jtejbu l-ambjent f’pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta l-Inġ. Fredrick Azzopardi fil-fatt aċċenna għal studju tal-2019 mill-ekonomista Gordon Cordina li identifika s-Central Link Project bħala l-iżjed investiment li se jsarraf f’benefiċċji minn fost seba’ proġetti f’toroq prinċipali ta’ Infrastruttura Malta minn meta twaqqfet fl-2018.

Fil-fatt, għal kull €1 miljun li Infrastructure Malta investiet f’dan il-proġett, il-familji u n-negozji fil-pajjiż se jieħdu lura €16-il miljun f’arja aktar nadifa, inqas ħin fl-ivvjaġġar, aktar sigurezza u inqas spejjeż għall-fjuwil.

Видео JITLESTA L-PROĠETT TAS-CENTRAL LINK B’INVESTIMENT TA’ €55 MILJUN канала ONE News Malta
Показать
Комментарии отсутствуют
Введите заголовок:

Введите адрес ссылки:

Введите адрес видео с YouTube:

Зарегистрируйтесь или войдите с
Информация о видео
30 января 2022 г. 21:26:11
00:04:00
Яндекс.Метрика