Загрузка страницы

IL-PROĠETT TAS-CENTRAL LINK F’NUMRI

ONE.COM.MT • U fuq l-istess proġett tas-Central Link, permezz ta’ dan is-servizz li jmiss ser nagħtu ħarsa lejn r-riżultati li nkisbu sabiex nifhmu aħjar il-benefiċċji ta’ dan il-proġett.

KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: INFRASTRUCTURE MALTA / ARKIVJI

Il-proġett tas-Central Link.

Proġett li ilu jistenna li jinbeda u jitlesta minn żmien il-Prim Ministru Borg Olivier.

Proġett li malli Gvern Laburista wera impenn li jwettqu, qajjem ħafna dibattitu u diskussjoni.

Madankollu proġett li żgur u mhux forsi ġab miegħu r-riżultati.

Dan is-servizz se jagħti ħarsa lura lejn dan il-proġett u l-kisbiet li ġab miegħu fl-istess jum li ġie inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela.

€55 miljun ewro. Dak kien l-investiment li alloka Gvern Laburista sabiex dan il-proġett ikun jista’ jsir realtà.

Fil-fatt għal dan il-proġett u sitta oħra ta’ skala maġġuri bħal fosthom tal-Marsa Junction, il-Marsa Ħamrun Bypass u l-mini ta’ Santa Luċija, il-Gvern nefaq €140 miljun. Madankollu l-poplu se jieħu lura minnhom €1.2 biljun f’benefiċċji differenti.

Fost dawn il-benefiċċji hemm l-iffrankar tal-fjuwil minħabba l-ħinijiet tal-ivjaġġar. Permezz tal-proġett tas-Central Link, il-ħinijiet tal-ivjaġġar se jonqsu b’50%.

B’hekk jonqos ukoll it-tniġġis fl-arja fl-akkwati hekk kif ċifri uffiċjali juru li ser jonqos b’66% l-livell ta’ tniġġis tal-materja partikulata u b’41% it-tniġġis ta’ dijossidju tan-nitroġenu.

Mil-lat ambjentali tħawlu wkoll 1,160 siġra indiġena ġdida filwaqt li tħawlu 13,744 arbuxella u pjanti oħra. Dan minkejja l-għajdud u l-biżgħat li instiga l-Partit Nazzjonalista dwar il-qlugħ tas-siġar.

Mil-lat infrastrutturali il-proġett tas-Central Link jinkludi 14-il kilometru ta’ korsiji ġodda. Dan flimkien ma’ 11-il junction ġdida filwaqt li ġew eliminati 4 sistemi ta’ traffic lights li se jgħinu jeliminaw il-konġestjoni tat-traffiku.

Apparti minn hekk il-proġett jaħseb ukoll f’dawk li jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku jew li jivjaġġaw bir-roti jew bit-trasport pubbliku. Dan hekk kif issa l-pubbliku jista’ jagħmel użu minn 10km ta’ passaġġi ġodda għall-mixi, 22 pedestrian crossings, 12-il bus stop u 4km ta’ korsiji għal dawk li jagħżlu jimxu jew jużaw ir-rota.

Видео IL-PROĠETT TAS-CENTRAL LINK F’NUMRI канала ONE News Malta
Показать
Комментарии отсутствуют
Введите заголовок:

Введите адрес ссылки:

Введите адрес видео с YouTube:

Зарегистрируйтесь или войдите с
Информация о видео
30 января 2022 г. 22:25:25
00:02:03
Яндекс.Метрика