Загрузка страницы

FIL-PERIKLU TAL-MEWT WARA LI WAQA’ F’BAĦAR MIMLI BRAM

ONE.COM.MT • Ingliż ta’ sitta u ħamsin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’baħar mimli bram hekk kif kien se jitla’ fuq il-jott tiegħu f’Manoel Island.
Il-każ ġara għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu.
Raġel li nzerta fuq il-post spjegalna dak li ra jseħħ quddiemu.

KITBA: SIMEON NECHEV
FILMAT: ALEX BORG

Ingliż jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ġie salvat mill-għarqa hekk kif waqa’ l-baħar minn fuq id-dgħajsa tiegħu f’Manoel Island, il-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra tat-Tnejn filgħodu meta r-raġel prova jitla fuq il-jott tiegħu sorġut fil-yacht marina. Għal xi raġuni r-raġel żelaq u spiċċa f’baħar mimli bram.
Huwa ttella’ l-art minn tliet persuni fosthom membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar.
Xhud fuq il-post, qal lil ONE News li kien qiegħed jieħu kafe fuq il-jott tiegħu.
Spjega li sema’ lir-raġel jgħajjat għall-għajjut wara li probabilment waqa’ minn fuq il-fallaka li tgħaqqad il-jott mal-puntun.

PETER ASHWORTH
RA L-INĊIDENT
Just having a morning coffee relaxed and then I could hear someone screaming. I came out and the guy was in the water. He was in a bad way I think he slipped off the gangplank.
Kompla jgħid li peress li fil-baħar kien hemm ammont sostanzjali ta’ bram u għaldaqstant jemmen li r-raġel probabilment ingidem.
Bil-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

Видео FIL-PERIKLU TAL-MEWT WARA LI WAQA’ F’BAĦAR MIMLI BRAM канала ONE News Malta
Показать
Комментарии отсутствуют
Введите заголовок:

Введите адрес ссылки:

Введите адрес видео с YouTube:

Зарегистрируйтесь или войдите с
Информация о видео
30 марта 2020 г. 21:24:11
00:01:23
Яндекс.Метрика