Загрузка страницы

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’Rahal Gdid

ONE.COM.MT •

Il-Ġimgħa filgħaxija l-Prim Ministru Joseph Muscat temm l-aħħar diskors tiegħu u għalaq kapitlu ta’ 12-il sena mexxej tal-Partit Laburista u seba’ snin Prim Ministru ta’ Malta.

12-il sena li matulhom welled moviment ġdid li ta’ tifsira ħajja lil ġenerazzjoni rebbieħa. Ġenerazzjoni rebbieħa li tat lill-Moviment Laburista għaxar rebħiet elettorali, b’wħud minnhom kienu l-akbar rebħiet qatt rreġistrati fl-istorja politika ta’ pajjiżna.

Dr Muscat temm l-ewwel diskors tiegħu bl-istess mod li beda l-ewwel wieħed tiegħu fis-sala taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista 12-il sena ilu. Huwa stqarr: “Irrid intemm eżatt kif bdejt. bl-istess kelma li tiġbor min fejn dejjem ġibt is-saħħa u l-ispirazzjoni. li żammitni għaddej kull jum li servejtkom. li tfisser dak li nħoss għalikom u għal Malta u Għawdex tagħna: inħobbkom.”

Għamel referenza wkoll għal dak li kienu qalu fuhqu esponenti Nazzjonalisti f’Ġunju tal-2008 meta fl-età ta’ 34 sena kien għadu kif laħaq mexxej tal-Partit Laburista. Dr Muscat qal: “Kien hemm xi ħadd fid-dar ċentrali tal-Partit Nazzjonalista dak in-nhar kien anke fetaħ ix-xampanja għax qal lil dan it-tifel nerbħulu bla diffikultà’. Min jaf kif niżlet velenu sal-lum dik il-boqqa li xorbu. Kont għedtilkom li se nirbħu. Ma kontx għedtha b’suppervja. Kont nemmen li stajna nirbħu bis-saħħa tat-terremot politiku li konna se nġibu flimkien. U ma ħarisna lura qatt. Illum nistgħu nħarsu xi ftit lura u jifirħu kemm jifirħu li se nitlaq, żgur li ma jistgħu jifirħu li rebħuli u rebħlulna qatt.”

Dr Muscat sostna li minkejja li fiha ħafna sabiħ il-kariga ta’ Prim ministru ġġib magħha diversi mumenti diffiċli. Sostna li dawn ħafna drabi għażilt li jġorrhom waħdu, wara li ħaseb ħafna u sema’ ħafna.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal: “Mumenti fejn ideċidejt fejn kellhom jittieħdu deċiżjonijiet jekk ma tidħolx dgħajsa bl-immigrant, fejn minn naħa kelli inżomm sod ma’ pajjiżi oħra biex nara li kull immigrant li jidħol malta jsib il-futur tiegħu minbarra pajjiżna u minn naħa l-oħra nara li l-ebda raġel jew mara jew tifel u tifel – ħafna tfal ġeneralment ma jitilfu ħajjithom hekk kif il-kundizzjonijiet tat-temp kienu qed jiħżienu u allura f’dawk il-kundizzjonijiet tibda tifhem li qed issir ġlieda kontra l-ħin. dan minkejja li l-opinjoni pubblika mhux dejjem kienet taqbel iżda dejjem emmint li l-poplu malti u intelliġenti u matur u meta tfehmu jifhem.”

Fakkar fil-mumenti fejn baqa’ jiddefendi l-istituzzjonijiet anke meta dawn iddeċidew kontra l-Gvern. Sostna li dejjem emmen li l-istitiuzzjonijiet f’pajjiżna huma b’saħħithom u l-Gvern tahom l-għodod biex jissaħħu.

Għamel referenza wkoll għall-mumenti fejn bħala Prim Ministru ħa d-deċiżjonijiet.

Il-Prim Ministru temm jgħid: “Mumenti tul is-snin li kont Prim Ministru li rrikejdew li xi ħadd jerfa’ r-responsabiltà politika. Dejjem ħadthom sakemm fl-aħħar ħadt din id-deċiżjoni waħdi fil-konfront tiegħi stess. dan minkejja li bqajt bl-appoġġ tal-grupp parlamentari kollu sal-aħħar u bl-appoġġ tagħkom sal-aħħar u ta’ dan niringrazzjakom. Però jien Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż biex nerfa’ dak li hu tiegħi u anke dak li mhux tiegħi Prim Ministru ta’ pajjiż biex niddeċiedi dejjem għall-aħjar interess ta’ pajjiż.”

Видео Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’Rahal Gdid канала ONE News Malta
Показать
Комментарии отсутствуют
Введите заголовок:

Введите адрес ссылки:

Введите адрес видео с YouTube:

Зарегистрируйтесь или войдите с
Информация о видео
11 января 2020 г. 0:53:19
01:31:01
Яндекс.Метрика