Загрузка страницы

SE JKUN HEMM SEBA’ TOROQ ĠODDA U TISBIĦ TAL-BELVEDERE F’SANTA LUĊIJA

ONE.COM.MT • Bosta toroq f’Santa Luċija, fosthom triq Dawret it-Torri, se jkunu qegħdin jitranġaw b’investiment ta’ żewġ miljun ewro.

B’kollox hemm seba’ toroq pjanati u se jissebbaħ il-belvedere ta’ Wied Garnaw, li se jkun attrezzat b’korsiji għaċ-ċiklisti u post fejn tmur xi mixja.

Dan kollu tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet oħra bit-tema ‘Gvern għan-Nies’, fejn il-Gvern qed jinżel qalb il-komunitajiet jisma’ minn fomm in-nies x’inhuma l-affarijiet li jixtiequ jiġu indirizzati.

KITBA: MILAINE BUHAGIAR
FILMAT: BJORN BONELLO

B’investiment ta’ żewġ miljun ewro se jkunu qegħdin jitranġaw u jinbnew seba’ toroq residenzjali f’Santa Luċija.

F’konferenza tal-aħbarijiet oħra bit-tema Gvern għan-Nies, fejn il-Gvern qed ikun qalb il-komunitajiet jisma’ x’għandhom xi jgħidu u jindirizza l-isfidi tagħhom, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg spjega kif ir-residenti ta’ Santa Luċija, apparti li se jibbenefikaw minn seba’ toroq residenzjali ġodda tal-ogħla kwalità, se jingħataw nifs aktar ħadrani permezz tal-belvedere ta’ Wied Garnaw li se jiġi msebbaħ b’għadd ta’ siġar u arbuxell.

Fil-fatt f’dan l-ispazju ħadrani fuq Wied Garnaw se jkun ukoll sit apposta fejn ir-residenti jistgħu jgawdu l-mixja tagħhom fil-ħin liberu f’ambjent sabiħ filwaqt li se jkun hemm korsiji ġodda għaċ-ċiklisti.

Noel Vella, il-Kap tad-Dipartiment Tal-Implimentazzjoni fi ħdan Infrastruttura Malta, spjegalna kif din il-ġimgħa bdew ix-xogħlijiet f’Dawret it-Torri, li tgħaqqad it-Triq tal-Barrani ma’ triq il-Prinjol.

NOEL VELLA
IL-KAP TAD-DIPARTIMENT TAL-IMPLIMENTAZZJONI
“Issa din hija l-ewwel fażi u imbagħad wara li jitlesta dan ix-xogħol ħa jkun qed isir titjib fil-karreġġjati u ħa nsaħħu l-bażijiet tat-triq. Imbagħad ħa nkomplu għaddejjin bix-xogħol residenzjali fejn hemm sitt toroq oħrajn li ħa jsiru wkoll. Fosthom ħa jkunu qed jitranġa l-Belvedere wara li kien hemm konsultazzjoni mal-kunsill lokali fuq kif ħa jkun qed isir id disinn”

Minn naħa tiegħu, il-Ministru Ian Borg, stqarr li l-irranġar tat-toroq joffri kwalità aħjar f’ħajjet in-nies.

IAN BORG
MINISTRU
“Gvern għan-nies għaliex il-Gvern qed jagħmel it-toroq residenzjali tan-nies. Il-Gvern ħa r-responsabbilità f’idejh u qed jinvesti mitt miljun ewro fis-sena biex jagħmel dawn it-toroq u dawn it-toroq qegħdin jbiddlu l-ħajja tan-nies. Qed ibiddlu l-ħajja tan-nies għaliex ovvjament kulħadd jistenna illi fit-triq fejn jgħix, jgħix f’infrastruttura li tkun xierqa”

Fil-preżenza tas-Sindku Charmaine St. John ġie spjegat li Infrastruttura Malta se terġa’ tibni wkoll bosta toroq f’din il-lokalità fosthom Triq il-Klematis, Triq Dun M. Mifsud, Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra.

Fl-aħħar sentejn, fil-lokalità ta’ Santa Luċija, diġà saru erba’ toroq oħra.

Видео SE JKUN HEMM SEBA’ TOROQ ĠODDA U TISBIĦ TAL-BELVEDERE F’SANTA LUĊIJA канала ONE News Malta
Показать
Комментарии отсутствуют
Введите заголовок:

Введите адрес ссылки:

Введите адрес видео с YouTube:

Зарегистрируйтесь или войдите с
Информация о видео
22 января 2021 г. 23:28:47
00:02:24
Яндекс.Метрика