Загрузка страницы

JONQOS ĦAMSA GĦAL KUMMISSARJI EWROPEJ

ONE.COM.MT • Tnejn u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea, inkluża Malta, diġà nnomina lill-Kummissarji Ewropej, waqt li l-bqija għandhom sal-aħħar ta’ dan ix-xahar biex jagħmlu dan.

Mix-xahar id-dieħel, imbagħad, jibdew l-evalwazzjonijiet tan-nominati, f’dak li hu magħruf bħala grilling, quddiem il-Parlament Ewropew.

KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ARKIVJI

Waqt li s-sebgħa u għoxrin stat fl-Unjoni Ewropea fadlilhom ċans sal-aħħar ta’ dan ix-xahar biex iressqu ’l quddiem in-nominat tagħhom għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew, rapporti fil-midja internazzjonali rrapportaw kif, s’issa, 22 Gvern ressqu l-ismijiet tar-rappreżentanti tagħhom b’mod formali.

Fost dawn hemm Glenn Micallef, l-eks Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u x-SHERPA ta’ pajjiżna, li x-xahar li għadda ġie nnominat mill-Gvern Malti.

Il-ħames pajjiżi li għadhom m’għaddewx in-nomina formali tagħhom huma l-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Italja u l-Portugall.

Il-Ġermanja ma setgħet tinnomina lil ħadd, ladarba Ursula von der Leyen reġgħet ġiet approvata mill-Parlament Ewropew biex isservi għat-tieni terminu tagħha bħala President tal-Kummissjoni Ewropea.

Dan japplika wkoll għall-Estonja, hekk kif l-eks Prim Ministru Kaja Kallas ġiet innominata biex tkun ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika ta’ Sigurtà.

Hu mifhum li bħalissa l-President tal-Kummissjoni Ewropea qed tiltaqa’ man-nominati bil-għan li tibda tqassam il-portafolli.

Kull nominat għal Kummissarju jrid imur quddiem kumitat tal-Parlament Ewropew għall-“grilling” bejn Settembru u Ottubru li ġejjin. Wara dan, il-Parlament Ewropew jivvota b’mod kollettiv fuq il-formazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea u mill-ewwel ta’ Novembru tiftaħ il-leġiżlatura l-ġdida li sservi sal-2029.

Fid-diskors tagħha f’Lulju li għadda quddiem il-plenarja fi Strassburgu, Von der Leyen qalet li trid Kummissjoni ugwali fl-ammont ta’ rġiel u nisa, iżda dan ma jidhirx li se jseħħ, hekk kif s’issa hemm biss seba’ nisa nnominati mill-istati Ewropej.

Fil-prijoritajiet tagħha għall-ħames snin li ġejjin, hi wkoll spjegat li se jkun hemm Kummissarju ġdid dwar ir-Reġjun tal-Mediterran.

Din l-idea feġġet waqt il-laqgħa tal-MED9 f’pajjiżna f’Settembru tas-sena l-oħra. Dan bil-għan li tingħata importanza ferm akbar lil dan ir-reġjun, b’pajjiżna fil-qalba tiegħu.

Видео JONQOS ĦAMSA GĦAL KUMMISSARJI EWROPEJ канала ONE News Malta
Показать
Комментарии отсутствуют
Введите заголовок:

Введите адрес ссылки:

Введите адрес видео с YouTube:

Зарегистрируйтесь или войдите с
Информация о видео
27 августа 2024 г. 15:02:23
00:02:09
Яндекс.Метрика